Ninvestu fin-nies biex ikollna Unjoni Ewropea kompetittiva L-Unjoni Ewropea teħtieġ nies ikkwalifikati biex taffronta l-isfidi ġodda u tibqa’ kompetittiva. Iżda, waqt li r-rekwiżiti tax-xogħol jinbidlu, ħafna ħaddiema qed isibuha diffiċli biex ilaħħqu mal-pass u n-negozji ma jistgħux isibu t-talent li għandhom bżonn. Dawn id-diskrepanzi fil-ħiliet u n-nuqqas ta’ ħaddiema qed ixekklu l-kompetittività Ewropea. Huwa għalhekk li l-Kummissjoni Ewropea qed tintroduċi l-Unjoni tal-ħiliet, li hija pjan biex ittejjeb l-edukazzjoni, it-taħriġ, u t-tagħlim tul il-ħajja ta’ kwalità għolja. L-inizjattiva għandha l-għan litwassal għal livelli ogħla ta’ ħiliet bażiċi u avvanzatitipprovdi opportunitajiet għan-nies biex b’mod regolari jaġġornaw il-ħiliet tagħhom u jitgħallmu oħrajn ġoddatiffaċilita r-reklutaġġ min-negozji madwar l-UEtattira, tiżviluppa, u żżomm l-aqwa talent fl-Ewropa Ċifri ewlenin L-Unjoni tal-ħiliet se tagħmilha possibbli li n-nies madwar l-UE jiksbu l-ħiliet li jeħtieġu biex jirnexxu fil-ħajja edukattiva u professjonali tagħhom. Se tagħmilha wkoll aktar faċli biex dawn il-ħiliet jintużaw f’pajjiżi differenti tal-UE. Għandha l-għan li tagħmel lill-UE aktar kompetittiva u inklużiva billi tindirizza l-iżbilanċi bejn il-ġeneri u tgħin lin-negozji Ewropej isibu l-ħaddiema li jeħtieġu. It-titjib tal-edukazzjoni u tal-ħiliet se jiżgura wkoll li, bis-saħħa ta’ ekonomija kompetittiva, l-Ewropa tkun tista’ tibqa’ żżomm il-mudell soċjali tagħha. Il-pilastri tal-Unjoni tal-ħiliet Niżviluppaw il-ħiliet biex ikollna ħajjiet u impjiegi ta’ kwalità Huwa essenzjali li niżviluppaw il-ħiliet, l-edukazzjoni, u t-taħriġ biex inkunu nistgħu noħolqu impjiegi tajbin u ntejbu l-kwalità tal-ħajja tan-nies. L-Unjoni tal-ħiliet hija maħsuba biextittestja skema ta’ appoġġ għall-ħiliet bażiċi, sabiex iż-żgħażagħ kollha jkollhom ħiliet tajbin fil-qari, fil-matematika, fix-xjenza, u fil-qasam diġitaliittejjeb il-ħiliet fix-xjenza, fit-teknoloġija, fl-inġinerija, u fil-matematika (STEM), tippromwovi l-karrieri fl-oqsma tal-iSTEM, tattira aktar nisa, u tħejji lin-nies għal tranżizzjonijiet diġitali u tat-teknoloġija nadifa, permezz tal-pjan strateġiku għall-edukazzjoni STEMiddaħħal strateġija ġdida tal-UE fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali biex l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali jsiru aktar attraenti, innovattivi, u inklużiviTitjib u tiġdid regolari tal-ħilietIl-kisba ta’ ħiliet ġodda għandha tkun parti regolari mill-ħajja professjonali tan-nies biex ilaħħqu mal-pass ta’ ekonomiji li l-ħin kollu jevolvu u jiżguraw li jibqgħu jitgħallmu tul il-ħajja. Il-Kummissjoni setipproponi li tespandi l-użu tal-mikrokredenzjali bħala soluzzjonijiet flessibbli għall-apprendimentissaħħaħ il-patt għall-ħiliet biex tgħin lil aktar ħaddiema jiksbu ħiliet ġodda f’setturi strateġiċitittestja garanzija tal-ħiliet biex toffri lill-ħaddiema f’riskju ta’ qgħad l-opportunità li jiksbu ħiliet ġoddaL-UE se tappoġġa l-introduzzjoni ta’ akkademji tal-UE għall-ħiliet biex tipprovdi lin-negozji bil-ħiliet meħtieġa għat-tranżizzjoni ekoloġika u għall-patt għal industrija nadifa. Insostnu l-moviment ħieles tal-ħaddiema Iċ-ċirkolazzjoni tal-ħiliet madwar l-UE se tisfrutta l-potenzjal sħiħ tas-suq uniku. L-Unjoni tal-ħiliet se tiffoka fuq inizjattiva dwar it-trasferibbiltà tal-ħiliet biex ittejjeb it-trasferibbiltà tal-ħiliet u tal-kwalifiki madwar l-UE, indipendentement minn fejn ikunu nkisbuħidma biex ikollna lawrja Ewropea biex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta’ programmi ta’ studju konġunti innovattivi madwar l-UEdiploma Ewropea ġdida tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonaliit-tisħiħ tal-alleanzi tal-universitajiet Ewropej u taċ-ċentri ta’ eċċellenza vokazzjonalialleanzi tal-iskejjel Ewropej biex tissaħħaħ il-mobbiltà tal-għalliema u tal-istudentiNattiraw, niżviluppaw, u nżommu t-talentL-Ewropa trid tattira, tiżviluppa, u żżomm l-aqwa talent li huwa kruċjali għall-innovazzjoni, it-tkabbir, u l-kompetittività. Il-Kummissjoni setistabbilixxi riżerva tat-talenti tal-UE għar-reklutaġġ ta’ nies minn barra l-UE li qed ifittxu impjieg fil-livelli kollha tal-ħiliet, speċjalment għal impjiegi li hemm skarsezza għall-ħiliet meħtieġa għalihomtippreżenta strateġija dwar il-viżi biex tagħmilha aktar faċli biex studenti, ħaddiema tas-sengħa, u riċerkaturi ta’ kalibru jiġu fl-UEtniedi inizjattiva “Choose Europe” fl-ambitu tal-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie biex tattira u żżomm it-talent Governanza ġdida innovattiva Biex niżguraw li l-Unjoni tal-ħiliet tirnexxi, se jkun hemm bżonn ta’ governanza b’saħħitha. Biex naslu għal dan, l-Unjoni tal-ħiliet se tikseb informazzjoni mingħand osservatorju Ewropew tal-informazzjoni dwar il-ħiliettlaqqa’ madwar l-istess medja lill-fornituri tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, il-mexxejja tan-negozju, u s-sħab soċjali, permezz ta’ bord ta’ livell għoli Ewropew dwar il-ħiliet, sabiex jipprovdu għarfien komprensiv dwar il-ħiliet lil dawk li jfasslu l-politika tal-UEIl-Kummissjoni se tintroduċi rakkomandazzjoni ġdida dwar l-edukazzjoni u l-ħiliet fis-semestru Ewropew, l-eżerċizzju annwali li jikkoordina l-politiki ekonomiċi u soċjali tal-UE, sabiex tiggwida lill-pajjiżi tal-UE u lill-atturi rilevanti. Il-kuntest Fil-linji gwida politiċi, il-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen enfasizzat l-importanza tal-edukazzjoni u tal-ħiliet għall-kompetittività tal-UE. F’Marzu 2025, il-Kummissjoni pproponiet l-Unjoni tal-ħiliet, strateġija ġenerali li se ssaħħaħ b’mod reċiproku l-boxxla għall-kompetittività, il-patt għal industrija nadifa, u l-istrateġija għal-unjoni tal-preparatezza. Imnebbħa mir-rapporti ta’ Draghi u ta’ Letta, tibni fuq iż-żona Ewropea tal-edukazzjoni u fuq iż-żona Ewropea tar-riċerka.Il-Kummissjoni se tkompli bid-djalogu tagħha mas-sħab soċjali u mal-partijiet ikkonċernati l-oħrajn kollha dwar il-futur tax-xogħol fl-Ewropa billi tibda mill-Forum Ewropew dwar l-impjiegi u d-drittijiet soċjali Ewropej 2025, l-avveniment ewlieni tal-UE għad-diskussjoni tal-isfidi ewlenin li qed tiffaċċja l-forza tax-xogħol tal-Ewropa. Dokumenti 5 MARZU 2025Il-komunikazzjoni dwar l-Unjoni tal-ħilietLingwi oħrajn (23)български(493.52 KB - PDF)Iddawnlowdjaespañol(479.82 KB - PDF)Iddawnlowdjačeština(565.02 KB - PDF)Iddawnlowdjadansk(482.62 KB - PDF)IddawnlowdjaDeutsch(509.34 KB - PDF)Iddawnlowdjaeesti(463.07 KB - PDF)Iddawnlowdjaελληνικά(614.28 KB - PDF)IddawnlowdjaEnglish(493.52 KB - PDF)Iddawnlowdjafrançais(544.3 KB - PDF)IddawnlowdjaGaeilge(519.37 KB - PDF)Iddawnlowdjahrvatski(586.3 KB - PDF)Iddawnlowdjaitaliano(479.4 KB - PDF)Iddawnlowdjalatviešu(563.69 KB - PDF)Iddawnlowdjalietuvių(564.55 KB - PDF)Iddawnlowdjamagyar(564.87 KB - PDF)IddawnlowdjaNederlands(498.66 KB - PDF)Iddawnlowdjapolski(633.42 KB - PDF)Iddawnlowdjaportuguês(495.55 KB - PDF)Iddawnlowdjaromână(605.45 KB - PDF)Iddawnlowdjaslovenčina(597.77 KB - PDF)Iddawnlowdjaslovenščina(538.88 KB - PDF)Iddawnlowdjasuomi(432.2 KB - PDF)Iddawnlowdjasvenska(498.92 KB - PDF)Iddawnlowdja L-aktar riċenti A Union of Skills to equip people for a competitive Europe - Press releaseQuestions and answers on the Union of SkillsFactsheet: Union of Skills Links relatati Action plan on basic skillsSTEM education strategic planIl-kompetittivitàIl-pjan ta’ azzjoni dwar il-pilastru Ewropew tad-drittijiet soċjaliIs-sena Ewropea tal-ħilietPjan ta’ azzjoni għall-edukazzjoni diġitali
L-Unjoni Ewropea teħtieġ nies ikkwalifikati biex taffronta l-isfidi ġodda u tibqa’ kompetittiva. Iżda, waqt li r-rekwiżiti tax-xogħol jinbidlu, ħafna ħaddiema qed isibuha diffiċli biex ilaħħqu mal-pass u n-negozji ma jistgħux isibu t-talent li għandhom bżonn. Dawn id-diskrepanzi fil-ħiliet u n-nuqqas ta’ ħaddiema qed ixekklu l-kompetittività Ewropea. Huwa għalhekk li l-Kummissjoni Ewropea qed tintroduċi l-Unjoni tal-ħiliet, li hija pjan biex ittejjeb l-edukazzjoni, it-taħriġ, u t-tagħlim tul il-ħajja ta’ kwalità għolja. L-inizjattiva għandha l-għan litwassal għal livelli ogħla ta’ ħiliet bażiċi u avvanzatitipprovdi opportunitajiet għan-nies biex b’mod regolari jaġġornaw il-ħiliet tagħhom u jitgħallmu oħrajn ġoddatiffaċilita r-reklutaġġ min-negozji madwar l-UEtattira, tiżviluppa, u żżomm l-aqwa talent fl-Ewropa