Mur għall-kontenut ewlieni
Il-Kummissjoni Ewropea

L-Att dwar is-Swieq Diġitali: niżguraw swieq diġitali ġusti u miftuħa

Ħarsa ġenerali lejn l-Att dwar is-Swieq Diġitali

L-Att dwar is-Swieq Diġitali jistabbilixxi sett ta’ kriterji oġġettivi definiti b’mod ċar biex pjattaforma online kbira tikkwalifika bħala “gwardjan” u jiżgura li din taġixxi b’mod ġust online u li tħalli lok għal kontestabbiltà. L-Att dwar is-Swieq Diġitali huwa wieħed mill-elementi ċentrali tal-istrateġija diġitali Ewropea.

X’inhuma l-gwardjani?

Il-gwardjani huma pjattaformi diġitali kbar li jipprovdu sett predefinit ta’ servizzi diġitali (“servizzi ewlenin tal-pjattaforma”), bħal magni tat-tiftix online, app stores, u servizzi tal-messaġġi. Dawn il-kumpaniji jkollhom:

  • pożizzjoni ekonomika b’saħħitha, impatt sinifikanti fuq is-suq intern, u jkunu attivi f’aktar minn pajjiż wieħed tal-UE;
  • pożizzjoni b’saħħitha ta’ intermedjazzjoni, li jfisser li jpoġġu f’kuntatt bażi kbira ta’ utenti ma’ numru kbir ta’ negozji;
  • pożizzjoni solida u durabbli fis-suq, li jfisser li l-pożizzjoni tagħhom ilha stabbli għal tul ta’ żmien.

Fis-6 ta’ Settembru 2023, il-Kummissjoni Ewropea nnominat għall-ewwel darba sitt gwardjani - Alphabet, Amazon, Apple, ByteDance, Meta, Microsoft. B’kollox, ġew indikati 22 servizz ewlieni tal-pjattaformi pprovduti minn dawn il-gwardjani.

X’inhuma l-benefiċċji tal-Att dwar is-Swieq Diġitali?

  • L-utenti kummerċjali li jiddependu fuq il-gwardjani biex joffru s-servizzi tagħhom fis-suq uniku se jkollhom ambjent tan-negozju aktar ġust.
  • L-innovaturi u n-negozji ġodda tat-teknoloġija se jkollhom opportunitajiet ġodda biex jikkompetu u jinnovaw fl-ambjent tal-pjattaformi online mingħajr ma jkollhom jikkonformaw ma’ termini u kundizzjonijiet inġusti li jillimitaw l-iżvilupp tagħhom.
  • Il-konsumaturi se jkollhom aktar servizzi u ta’ kwalità aħjar minn fejn jagħżlu, aktar opportunitajiet biex jibdlu l-fornitur tagħhom jekk jixtiequ, aċċess dirett għas-servizzi, u prezzijiet aktar ġusti.
  • Il-gwardjani se jżommu l-opportunitajiet kollha biex jinnovaw u joffru servizzi ġodda. Sempliċement mhux se jitħallew li, biex jiksbu vantaġġ mhux dovut, jużaw prattiki inġusti fir-rigward tal-utenti kummerċjali u l-konsumaturi li jiddependu fuqhom.

Obbligi ċari tal-gwardjani fl-UE kollha

Ir-regoli l-ġodda jistabbilixxu obbligi għall-gwardjani, li jiddefinixxu x’jistgħu u ma jistgħux jagħmlu fl-operazzjonijiet tagħhom ta’ kuljum.

Eżempji ta’ obbligi - Il-pjattaformi gwardjani jridu:

  • alt=""

    jippermettu lil partijiet terzi jinteroperaw mas-servizzi proprji tal-gwardjan f’ċerti sitwazzjonijiet speċifiċi;

  • alt=""

    jippermettu lill-utenti kummerċjali tagħhom jaċċessaw id-data li jiġġeneraw meta jagħmlu użu mill-pjattaforma tal-gwardjan;

  • alt=""

    jipprovdu lill-kumpaniji li jirreklamaw fuq il-pjattaforma tagħhom bl-għodod u l-informazzjoni meħtieġa biex dawk li jirreklamaw u l-pubblikaturi jwettqu l-verifika indipendenti tagħhom stess tar-reklami tagħhom li jkunu ospitati mill-gwardjan;

  • alt=""

    jippermettu lill-utenti kummerċjali jippromwovu l-offerta tagħhom u jikkonkludu kuntratti mal-klijenti barra mill-pjattaforma tal-gwardjan.

Eżempji ta' “x’ma għandhomx jagħmlu” - Il-pjattaformi gwardjani mhux se jkunu jistgħu:

  • alt=""

    jittrattaw servizzi u prodotti offruti mill-gwardjan innifsu b’mod aktar favorevoli fil-klassifikar minn servizzi jew prodotti simili offruti minn partijiet terzi fuq il-pjattaforma tal-gwardjan;

  • alt=""

    iwaqqfu lill-konsumaturi milli joħolqu rabtiet ma’ negozji barra mill-pjattaformi tagħhom;

  • alt=""

    iwaqqfu lill-utenti milli jneħħu l-istallazzjoni ta’ kwalunkwe software jew app installati minn qabel jekk ikunu jixtiequ jagħmlu dan;

  • alt=""

    jittraċċaw utenti finali barra mis-servizz tal-pjattaforma ewlenija tal-gwardjani għall-fini ta’ reklamar immirat, mingħajr ma jkun ingħata kunsens effettiv.

X'se jkunu l-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ konformità?

Multi

sa 10% tal-fatturat annwali dinji totali tal-kumpanija, jew sa 20% fl-avveniment ta’ ksur ripetut

Ħlasijiet perjodiċi ta’ penali

sa 5% tal-fatturat medju ta’ kuljum

Rimedji

F’każ ta’ ksur sistematiku tal-obbligi tad-DMA mill-gwardjani, jistgħu jiġu imposti rimedji addizzjonali fuq il-gwardjani wara investigazzjoni tas-suq. Tali rimedji jeħtieġ li jkunu proporzjonati għar-reat imwettaq. Jekk ikun meħtieġ u bħala l-aħħar għażla, jistgħu jiġu imposti rimedji mhux finanzjarji. Dawn jistgħu jinkludu rimedji komportamentali u strutturali, eż. iċ-ċessjoni ta’ (partijiet ta’) negozju.

Xi jfissru r-regoli l-ġodda għall-utenti, għan-negozji, u għall-pjattaformi

man holding a tablet at a country field

Sib aktar informazzjoni dwar ir-regoli l-ġodda għall-utenti

group of people working for a online clothing company

Sib aktar informazzjoni dwar ir-regoli l-ġodda għan-negozji

Young people and travelling

Sib aktar informazzjoni dwar ir-regoli l-ġodda għall-pjattaformi

Ċertezza legali għall-pjattaformi

S’issa, l-inizjattivi leġiżlattivi nazzjonali fl-Istati Membri tal-UE indirizzaw parzjalment il-problemi identifikati iżda wasslu wkoll għal aktar frammentazzjoni regolatorja fl-UE. Dan jista’ joħloq spejjeż addizzjonali ta’ konformità għall-pjattaformi li joperaw b’mod transfruntier.

X’se jbiddel l-Att dwar is-Swieq Diġitali l-ġdid:

  • Il-gwardjani għandhom obbligi definiti b’mod ċar li jridu jirrispettaw.
  • Pjattaformi oħrajn, bħal atturi iżgħar, SMEs, u negozji ġodda innovattivi, mhux se jkunu soġġetti għal dawn ir-regoli iżda se jkunu jistgħu jibbenefikaw minn imġiba aktar ġusta meta jagħmlu negozju mal-gwardjani.
  • Inqas spejjeż tal-konformità għall-gwardjani u l-utenti kummerċjali tagħhom.

 

Il-Kummissjoni kif se tiżgura li d-DMA jlaħħaq mas-settur diġitali li qed jevolvi b’rata mgħaġġla?

Biex jiġi żgurat li r-regoli l-ġodda għall-gwardjani jlaħħqu mal-pass mgħaġġel tas-swieq diġitali, il-Kummissjoni se twettaq investigazzjonijiet tas-suq. Dawn lill-Kummissjoni se jippermettulha

  • tikkwalifika kumpaniji bħala gwardjani;
  • taġġorna b’mod dinamiku l-obbligi għall-gwardjani meta jkun meħtieġ;
  • tfassal rimedji biex jiġi indirizzat il-ksur sistematiku tar-regoli tal-Att dwar is-Swieq Diġitali.

Dokumenti

  • 12 OTTUBRU 2022
Regulation on Digital markets act